15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/36


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2020 – JE vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-184/20)

(2020/C 201/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: JE (rappreżentant: N. Forwood, QC)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Jannar 2020 li tiddikjara vakanti l-pożizzjoni tar-rikorrent bħala Avukat Ġenerali u li tagħti bidu għall-proċedura għall-ħatra ta’ suċċessur;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jallega li l-att ikkontestat għandu jiġi annullat minħabba nuqqas ta’ kompetenza, ksur ta’ rekwiżit formali essenzjali, u ksur tat-Trattati u ta’ dispożizzjonijiet legali marbuta mal-applikazzjoni tagħhom.