8.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 191/28 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2020 – Henry Cotton’s Brand Management Company vs EUIPO – Industries Sportswear Company (Henry Cotton’s)
(Kawża T-173/20)
(2020/C 191/38)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Henry Cotton’s Brand Management Company Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, C. Eckhartt u P. Böhner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Industries Sportswear Company SRL (Venezia, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Henry Cotton’s – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 821 769 u Nru 2 580 728
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2020 fil-Każijiet Magħquda R 254/2019-2 u R 255/2019-2.
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li tintervjeni f’dawn il-proċedimenti, għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 103(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |