25.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/33 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2020 – Tornado Boats International vs EUIPO – Haygreen (TORNADO)
(Kawża T-167/20)
(2020/C 175/44)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tornado Boats International ApS (Lystrup, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Hoffgaard Rasmussen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: David Haygreen (Colwyn Bay, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “TORNADO” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 097 368
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 1169/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tiċħad id-dikjarazzjoni ta’ invalidità. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |