25.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/33


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2020 – Ighoga Region 10 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-161/20)

(2020/C 175/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ighoga Region 10 eV (Ingolstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Bartosch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiddikjara li l-konvenuta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-TFUE billi ma ħaditx deċiżjoni formali dwar l-ilment tar-rikorrenti, anki wara li għaddew kważi sentejn u disa’ xhur minn meta tressaq l-ilment u wara t-talba għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni finali li tagħlaq il-proċedura, kif stipulat skont waħda mill-alternattivi possibbli fl-Artikolu 4 tar-regoli proċedurali f’każijiet ta’ għajnuna mill-Istat, iżda partikolarment peress li naqset milli tieħu azzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa dirett kontra n-nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni rigward id-deċiżjoni relatata mal-ilment dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE mressaq mir-rikorrenti fl-4 ta’ Lulju 2017 fil-każ SA.48582 – Allegata għajnuna mill-Istat favur Maritim-Gruppe u KHI Immobilien GmbH.