15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/29


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2020 – IZ vs Il-Parlament

(Kawża T-155/20)

(2020/C 201/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: IZ (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

prinċipalment:

tannulla d-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti tal-4 ta’ Lulju 2019;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas ta’ kumpens ta’ EUR 20 000 għad-danni morali subiti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż;

sussidjarjament:

tikkonstata l-illegalità tax-xoljiment tal-grupp politiku ENL;

konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti tal-4 ta’ Lulju 2019;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas ta’ kumpens ta’ EUR 20 000 għad-danni morali subiti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż;

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħha, ir-rikorrenti tinvoka, prinċipalment, ħames motivi li huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-154/20, IY vs Il-Parlament.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti teċepixxi l-illegalità tad-deċiżjoni ta’ xoljiment tal-grupp politiku Ewropew ENL. Hija ssostni li peress li d-deċiżjoni ta’ xoljiment hija illegali, peress li hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni u minn użu ħażin ta’ poter, id-deċiżjoni ta’ tkeċċija, li hija bbażata esklużivament fuq dan ix-xoljiment, hija għalhekk ukoll illegali u għandha tiġi annullata.