11.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/46 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2020 – NEC Oncoimmunity vs EASME
(Kawża T-132/20)
(2020/C 161/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: NEC Oncoimmunity A/S (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: T. Nordby, R. Bråthen u O. Brouwer, lawyers)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
Primarjament, skont l-Artkolu 263 TFUE:
|
— |
Sussidjarjament
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv taħt l-Artikolu 263 TFUE, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi u applikat ħażin il-kriterju ta’ eliġibbiltà għall-għotja tal-istrument għall-SMEs previst fir-Regolament Nru 1290/2013 (1). |
2. |
It-tieni motiv taħt l-Artikolu 263 TFUE, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi peress li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ trattament ugwali. |
3. |
It-tielet motiv taħt l-Artikolu 263 TFUE, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi. |
4. |
Motiv wieħed taħt l-Artikolu 272 TFUE, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tirriżulta, b’mod partikolari minħabba l-iżball ikkonstatat fl-interpretazzjoni tal-liġi applikabbli u prassi diskriminatorja, ukoll f’interpretazzjoni żbaljata u fi ksur tal-obbligi kuntrattwali fir-rigward tar-rikorrenti. |
(1) Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f’“Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU 2013, L 347, p. 81)