27.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/54


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2020 – Intis vs EUIPO – Televes (TELEVEND)

(Kawża T-112/20)

(2020/C 137/84)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intis d.o.o. (Żagreb, il-Kroazja) (rappreżentant: T. Nagy, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Televes, SA (Santiago de Compostela, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “TELEVEND” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 547 871

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 1923/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) b’rabta mal-Artkolu 8(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.