20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/6


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2020 – AI vs ECDC

(Kawża T-79/20)

(2020/C 129/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AI (rappreżentanti:: L. Levi u A. Champetier, lawyers)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-5 ta’ April 2019 li tiċħad it-talba għal assistenza tal-10 ta’ April 2018;

-tannulla, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni tal-4 ta’ Novembru 2019 li tiċħad l-ilment tagħha tal-5 Lulju 2019;

tordna kumpens pekunjarju li għandu jiġi evalwat, ex æquo et bono, fl-ammont ta’ EUR 75 000;

tordna r-rimbors l-ispejjeż ġudizzjarji sostnuti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-dritt għal smigħ.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.

It-tielet motiv, huwa bbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura.