16.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/30


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2020 – Sonova vs EUIPO – Digitmarket (B-Direct)

(Kawża T-61/20)

(2020/C 87/36)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sonova AG (Stäfa, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Sabellek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Digitmarket – Sistemas de lnformação SA (Maia, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali B-Direct li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 342 390 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 88/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.