|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/29 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2020 – Group vs EUIPO – Iliev (GROUP Company TOURISM & TRAVEL)
(Kawża T-57/20)
(2020/C 87/35)
Lingwa tar-rikors: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: Group EOOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: D. Dragiev u A. Andreev, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kosta Iliev (Sofija, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni “GROUP Company TOURISM & Travel” bil-kuluri lila, griż, iswed, vjola, oranġjo, aħmar u isfar – Applikazzjoni Nru 10 640 449
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 2059/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO kif ukoll lill-eventwali intervenjenti għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |