16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/27 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2020 – Mélin vs Il-Parlament
(Kawża T-51/20)
(2020/C 87/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Joëlle Mélin (Aubagne, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara li l-eċċezzjoni ta’ illegalità hija ammissibli u li l-Artikoli 33(1) u (2) u 68(1) u (2) tal-MIIM (Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri) huma illegali; |
— |
għaldaqstant tikkonstata n-nuqqas ta’ bażi legali tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2019 u tannullaha; |
— |
sussidjarjament, tikkonstata l-ksur tal-Artikolu 68(2) tal-MIIM mis-Segretarju Ġenerali u tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2019; fil-kawża prinċipali: |
— |
tikkonstata li Joëlle Mélin ġabet il-prova ta’ xogħol tal-assistenta tagħha konformi mal-Artikolu 33(1) u (2) tal-MIIM u mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; konsegwentement, |
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew iddatata s-17 ta’ Diċembru 2019, innotifikata bl-ittra Nru D202484 fit-18 ta’ Diċembru 2019, meħuda skont l-Artikolu 68 tad-Deċiżjoni 2009/C 159/01 tal-bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008“dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew” emendata li tikkonstata kreditu fil-konfront tar-rikorrenti ta’ ammont ta’ EUR 130 339,35 bħala ammonti mħallsa indebitament fil-kuntest tal-assistenza parlamentari u li timmotiva l-irkupru tiegħu; |
— |
tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2019-2081 li tinforma lir-rikorrenti li ġie kkonstatat kreditu fil-konfront tagħha wara d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2019, irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari, skont l-Artikolu 68 tal-MIIM u tal-Artikoli 98 sa 101 tar-Regolament Finanzjarju; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità għal ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi mill-Artikoli 33 u 68 tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri (iktar ’il quddiem il-“miżuri ta’ implimentazzjoni”) adottati permezz tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 tal-bureau tal-Parlament Ewropew, minħabba l-fatt b’mod partikolari tal-assenza ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni tagħhom. Ir-rikorrenti targumenta li l-assenza ta’ preċiżjoni tad-dispożizzjonijiet ikkontestati twassal għal qafas pretorjan tar-regola legali tal-miżuri ta’ implimentazzjoni. Issa, id-dettall tal-prova tax-xogħol ta’ assistent parlamentari ġie identifikat mill-ġurisprudenza Montel biss fl-2017, peress li l-ġurisprudenza Gorostiaga tal-2005 tirrigwarda biss il-prova tal-ħlas tas-salarji mit-terz li qiegħed iħallas. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ikkontestati kellhom mill-2008 elementi ta’ inċertezza u ta’ nuqqas ta’ ċarezza. Ir-rikorrenti żżid li, minkejja r-riskji ta’ inċertezza legali, il-Parlament Ewropew ma rregolax bi preċiżjoni u ċarezza l-proċedura ta’ stħarriġ tal-assistenza parlamentari, u ma fformalizzax l-obbligu ta’ kostituzzjoni u ta’ żamma fuq il-membru tal-Parlament, jew l-iskema tal-provi aċċettabbli, identifikabbli u ddatati. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur ta’ rekwiżit formali essenzjali u tad-drittijiet tad-difiża. Ir-rikorrenti targumenta li s-Segretarju Ġenerali ma żamm ebda smigħ u ma għamel ebda proċedura preliminari qabel id-deċiżjoni l-ġdida tiegħu, li ma talabha ebda spjega u li l-fajl li huwa analizza ma jiħux inkunsiderazzjoni tad-dokumenti addizzjonali pprovduti minnha insostenn tar-rikors tagħha tas-7 ta’ Diċembru 2018. Hija tqis, barra minn hekk, li billi ma osservax il-proċedura prevista mill-Artikolu 68(2) tal-miżuri ta’ applikazzjoni, is-Segretarju Ġenerali ċaħħadha mill-possibbiltà li tissottomettilu dawn id-dokumenti addizzjonali u b’dan il-mod tefgħalha r-riskju li dawn id-dokumenti jiġu miċħuda mill-Qorti Ġenerali għaliex ma jkunux ġew sottomessi għall-evalwazzjoni tas-Segretarju Ġenerali mill-bidu tal-proċedura ta’ rkupru. |