16.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/26


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2020 – Rothenberger vs EUIPO – Paper Point (ROBOX)

(Kawża T-49/20)

(2020/C 87/32)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rothenberger AG (Kelkheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paper Point Snc di Daria Fabbroni u Simone Borghini (Arezzo, l-Italia)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 462 971

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 210/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna għall-ispejjeż lill-EUIPO u, fil-każ li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tingħaqad fir-rikors, lill-intervenjent.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.