2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/70


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2020 – Monster Energy vs EUIPO - Nanjing aisiyou Clothing (Rappreżentazzjoni ta’ girfa ta’ annimal)

(Kawża T-35/20)

(2020/C 68/78)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, L-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nanjing aisiyou Clothing Co. Ltd (Nanjing, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta girfa ta’ annimal – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 634 478

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 1104/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-21 ta’ Marzu 2019 fl-oppożizzjoni B 3050458;

tiċħad it-trade mark ikkontestata fir-rigward tal-prodotti u servizzi kkontestati, li huma kollha prodotti u servizzi koperti mill-applikazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.