2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/69


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2020 –Promed vs EUIPO – Centrumelektroniki (Promed)

(Kawża T-30/20)

(2020/C 68/77)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Promed GmbH kosmetische Erzeugnisse (Farchant, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Reinisch u B. Sorg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Centrumelektroniki sp.j. (Tarnowskie Góry, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Promed”

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 614/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

fir-rigward tat-talba tar-rikorrenti għal rimbors tal-ispejjeż tal-appell, tibdel id-deċiżjoni kkontestata sabiex l-ispejjeż tal-appell jiġu rrimborsati;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO tat-22 ta’ Frar 2019 (Proċedimenti ta’ Kanċellazzjoni 2017 Nru 15 428 C) sa fejn l-imsemmija deċiżjoni tiddikjara invalida t-trade mark Ewropea Nru No 6 206 718 għall-prodotti:

Klassi 5: Strippi ta’ test għal skopijiet mediċi;

Klassi 9: Tagħmir għall-qies tat-temperatura tal-ġisem u tal-funzjonijiet tiegħu;

Klassi 10: Tagħmir u apparat kirurġiku, mediku, dentali u veterinarju, b’mod partikolari apparat għat-terapija tal-uġigħ, elettrodi għall-apparat ta’ terapija elettrika, artikli ortopediċi, b’mod partikolari żraben ortopediċi u suletti taż-żraben; faxex għall-għaksa; faxex għall-ġisem; kalzetti ortopediċi; pinen tal-insulina; massaġġaturi għas-saqajn; apparat għall-massaġġi; apparat għar-radjoterapija, b’mod partikolari terapija tas-sħana u tad-dawl;

sa fejn ordnat lill-proprjetarju tat-trade mark (ir-rikorrenti) tbati l-ispejjeż;

tiċħad it-talba għar-revoka tat-trade mark Ewropea Nru No 6 206 718 Promed kollha kemm hi;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż (inklużi dawk tar-rikorrenti, l-ispejjeż tal- EUIPO u, kif il-parti l-oħra tintervjeni, dawk tal-intervenjent).

Motivi invokati

Ksur tat-tielet sentenza tal-Artikolu 95(1) flimkien mal-Artikolu 59(1)(a), u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.