2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/64


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2020 – IB vs EUIPO

(Kawża T-22/20)

(2020/C 68/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: IB (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ revoka tal-Awtorità tal-Ħatra tal-14 ta’ Marzu 2019;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi segwenti.

Motivi għall-annullament dwar l-għeluq definittiv tal-proċedura ta’ invalidità. Ir-rikorrent jinvoka f’dan ir-rigward l-użu ħażin ta’ poter, in-nuqqas tad-dipartiment u l-ksur tad-dmirijiet ta’ imparzjalità, ta’ oġġettività u ta’ newtralità;

Motivi għall-annullament dwar is-sanzjoni dixxiplinari imposta. Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward irregolarità proċedurali, ksur tal-Artikolu 22 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, użu ħażin ta’ poter, non-osservanza tal-kunfidenzjalità tar-rapport tal-OLAF għall-punti ta’ investigazzjoni magħluqa mingħajr segwitu, żamma ta’ allegazzjonijiet sadanittant magħluqa mingħajr segwitu u ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza. Ir-rikorrent ukoll isostni ksur tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, ksur tad-drittijiet tad-difiża, żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u assenza ta’ motivazzjoni.