2.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/61 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2020 – adp Gauselmann vs EUIPO – Gameloft (GAMELAND)
(Kawża T-17/20)
(2020/C 68/69)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Mandel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gameloft SE (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GAMELAND – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 722 648
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 2502/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tilqa’ t-talba |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tordna li l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru. 15 722 648 tiġi aċċettata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra għad-drittijiet u għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |