|
2.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/59 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2020 – Paravan vs EUIPO – paragon (Paragon)
(Kawża T-11/20)
(2020/C 68/67)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Paravan GmbH (Pfronstetten-Aichelau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Jung u L. Delpy, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: paragon GmbH & Co. KGaA (Delbrück, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Paragon – trade mark tal-Unjoni Nru 3 705 051
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 28/2019–4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni tal-EUIPO tal-10 ta’ Diċembru 2018 fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 14 618 C li jirrigwardaw it-trade mark tal-Unjoni Paragon Nru 3 705 051; |
sussidjarjament,
|
— |
temenda d-deċiżjoni kkontestata billi tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni tal-EUIPO tal-10 ta’ Diċembru 2018 fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 14 618 C sa fejn it-trade mark tal-Unjoni Paragon Nru 3 705 051 għall-prodotti “partijiet tal-karozzerija għall-intunar ta’ vetturi bil-mutur għat-trasport fuq l-art; mikrofoni għall-użu hands-free ta’ telefons ċellulari għall-vetturi bil-mutur għat-trasport fuq l-art; arloġġi għall-vetturi bil-mutur għat-trasport fuq l-art”, ġiet irrevokata b’effett mill-14 ta’ Marzu 2017; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |