Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) tal‑21 ta’ Frar 2024 –
Anhui Wanwei Updated High-Tech Material Industry
u
Inner Mongolia Mengwei Technology vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑764/20)
“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw miċ-Ċina – Dazji antidumping definittivi – Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2020/1336 – Kalkolu tal-valur normali – Distorsjonijiet sinjifikattivi fil-pajjiż esportatur – Artikolu 2(6a) tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Dritt tal-WTO – Prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi – Twaqqigħ tal-prezzijiet – Segmenti tas-suq – Metodu tan-numri ta’ kontroll tal-prodott – Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament 2016/1036 – Drittijiet tad-difiża – Trattament kunfidenzjali – Artikoli 19 u 20 tar-Regolament 2016/1036”
1. |
Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni fid-dawl tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni – Interpretazzjoni tar-Regolament 2016/1036 fid-dawl tal-Ftehim Antidumping tal-GATT tal‑1994 – Teħid inkunsiderazzjoni tal-interpretazzjoni adottata mill-korp ta’ Riżoluzzjoni ta’ Tilwim – Interpretazzjoni contra legem tad-dritt derivat tal-Unjoni – Inammissibbiltà (Artikolu 216(2) TFUE; Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (Ftehim Antidumping tal‑1994); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/1036, Artikolu 2(6a) u (7)) (ara l-punti 19 sa 21, 27 sa 32, 38 sa 48) |
2. |
Ftehimiet internazzjonali – Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ – GATT tal‑1994 – Impossibbiltà li jiġu invokati l-ftehimiet tal-WTO sabiex tiġi kkontestata l-legalità ta’ att tal-Unjoni – Eċċezzjonijiet – Att tal-Unjoni intiż li jiżgura l-eżekuzzjoni tiegħu jew li jirreferi espressament u preċiżament għalih (Artikolu 216(2) TFUE; Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (Ftehim Antidumping tal‑1994); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/1036, Artikolu 2(6a)) (ara l-punti 22, 23 u 37) |
3. |
Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Determinazzjoni ta’ dazji antidumping – Dazju antidumping li ma għandux jeċċedi l-ammont neċessarju sabiex jintgħelbu l-effetti dannuzi tal-importazzjonijiet li huma s-suġġett tad-dumping – Applikazzjoni tar-regola tal-inqas dazju (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/1036, Artikolu 2(6a)) (ara l-punti 55 sa 57) |
4. |
Rikors għal annullament – Motivi – Motiv ineffettiv – Kunċett – Motivi invokati insostenn ta’ rikors kontra regolament li jistabbilixxi dazji antidumping – Motivi li jikkontestaw il-marġni ta’ dumping – Marġni ta’ dumping li ma ntużax għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazji antidumping – Motivi ineffettivi – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 61 sa 64, 68 u 72) |
5. |
Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/1036, Artikolu 3) (ara l-punti 97 u 98) |
6. |
Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Effett tal-importazzjonijiet li huma s suġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet ta’ prodotti simili fis-suq tal-Unjoni – Kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz – Metodu ta’ kalkolu – Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni s-segmenti tas-suq tal-prodott ikkonċernat – Assenza ħlief għal ċirkustanzi eċċezzjonali (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/1036, Artikoli 1(4) u 3(2) u (3)) (ara l-punti 99 sa 108) |
7. |
Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Effett tal-importazzjonijiet li huma s suġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet ta’ prodotti simili fis-suq tal-Unjoni – Kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz – Metodu ta’ kalkolu – Obbligu għall-Kummissjoni li tieħdu inkunsiderazzjoni l-bejgħ kollu ta’ prodotti simili tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun – Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/1036, Artikolu 3(2) u (3)) (ara l-punti 139, 143 sa 148) |
8. |
Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Investigazzjoni – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Obbligu tal-istituzzjonijiet li jiżguraw li l-impriżi kkonċernati jiġu informati u li josservaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni billi jirrikonċiljaw dawn l-obbligi – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad talba għal aċċess tal-impriża kkonċernata għal informazzjoni kunfidenzjali – Assenza ta’ żball ta’ liġi tal-Kummissjoni – Impriża li ma rreferietx din id-deċiżjoni ta’ ċaħda quddiem l-uffiċjal tas-seduta – Ċirkustanza li tikkorrobora l-konklużjoni dwar l-assenza ta’ żball ta’ liġi tal-Kummissjoni (Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (Ftehim Antidumping tal‑1994), Artikolu 6.5; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/1036, Artikoli 6(7), 19 u 20) (ara l-punti 159 sa 166, u 172 sa 181) |
9. |
Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li tiżgura li l-partijiet ikkonċernati jiġu informati – Portata – Drittijiet tad-difiża – Ksur – Kundizzjonijiet – Possibbiltà għall-impriża kkonċernata li tiżgura aħjar id-difiża tagħha fl-assenza ta’ irregolarità proċedurali (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/1036, Artikoli 19 u 20) (ara l-punti 182 sa 186) |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Anhui Wanwei Updated High-Tech Material Industry Co. Ltd u Inner Mongolia Mengwei Technology Co. Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, minn Kuraray Europe GmbH u minn Sekisui Specialty Chemicals Europe SL. |
3) |
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Wegochem Europe BV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |