Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir‑Raba’ Awla) tas‑27 ta’ April 2022 –
Correia vs KESE

(Kawża T‑750/20) ( 1 )

“Servizz pubbliku – Persunal tal-KESE – Membri tal-persunal temporanju – Talba għall-kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera – Ċaħda tat-talba – Rikors għal annullament – Regolarità tal-proċedura prekontenzjuża – Terminu għat-tressiq ta’ lment – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Ugwaljanza fit-trattament – Ċertezza legali – Prospetti raġonevoli ta’ karriera – Assenza ta’ dritt għal kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera – Obbligu li jitwettaq eżami komparattiv tal-merti – Responsabbiltà – Dannu morali”

1. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv imressaq qabel – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Att la ppubblikat, u lanqas innotifikat lir-rikorrent – Konoxxenza eżatta tal-kontenut u tal-motivi – Obbligu li jintalab it-test sħiħ tal-att f’terminu raġonevoli ladarba l-eżistenza tiegħu ssir magħrufa – Impossibbiltà għar-rikorrent li jkun jaf bl-eżistenza tiegħu – Konsegwenzi

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 25(3) u 90(2); Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 46)

(ara l-punti 24 sa 32)

2. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Talba fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Terminu għall-preżentata – Terminu raġonevoli – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(1))

(ara l-punti 37, 38)

3. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv imressaq qabel – Distinzjoni mit-talba fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Distinzjoni li taqa’ taħt l-evalwazzjoni tal-qorti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(1) u (2))

(ara l-punt 52)

4. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Interess ġuridiku – Rikors li għandu jkun jista’ jikseb benefiċċju lir-rikorrent – Eżami ex officio mill-qorti – Rikors ippreżentat kontra att li għandu jerġa’ jiġi eżaminat mill-amministrazzjoni fil-każ ta’ konstatazzjoni ta’ illegalità – Ammissibbiltà

(Artikolu 266 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punti 59, 61, 63 sa 67)

5. 

Uffiċjali – Membri tal-persunal temporanju – Riklassifikazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Limiti – Osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ ċertezza legali – Assenza ta’ implimentazzjoni ta’ elementi ta’ analiżi li jippermettu paragun tal-merti – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

(Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 10(3) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16)

(ara l-punti 76 sa 82)

6. 

Uffiċjali – Membri tal-persunal temporanju – Riklassifikazzjoni – Dritt għal riklassifikazzjoni – Assenza

(Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 54)

(ara l-punti 85 sa 90)

7. 

Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet – Kundizzjonijiet – Dannu – Dannu morali marbut mal-istat ta’ inċertezza u ta’ ansjetà kkawżat mill-aġir illegali tal-amministrazzjoni – Obbligu ta’ diliġenza raġonevoli tar-rikorrent sabiex jiġi evitat id-dannu jew sabiex tiġi limitata l-portata tiegħu

(Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 95)

Dispożittiv

1) 

Id-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) tat‑8 ta’ April 2020 li tiċħad it-talba għall-kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera magħmula minn Paula Correia hija annullata.

2) 

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) 

Il-KESE huwa kkundannat għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 53, 15.2.2021.