Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad‑19 ta’ Ottubru 2022 – MV vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑624/20) ( 1 )

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/364/19 (AD 7) – Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-istadju sussegwenti tal-kompetizzjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissjoni – Esperjenza professjonali insuffiċjenti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Sistema lingwistika – Ugwaljanza fit-trattament”

1. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Interess ġuridiku – Kandidat eskluż minn kompetizzjoni li jitlob l-annullament tal-operazzjonijiet kollha tal-kompetizzjoni – Ammissibbiltà limitata bl-esklużjoni tar-rikorrent

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91)

(ara l-punti 27 sa 31)

2. 

Uffiċjali – Kompetizzjoni – Bord tal-Għażla – Ċaħda ta’ kandidatura – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Obbligu li jiġu kkomunikati l-kriterji ta’ ammissjoni tal-kandidaturi

(Regolamenti tal-Persunal, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 25)

(ara l-punt 50)

3. 

Uffiċjali – Reklutaġġ – Kompetizzjoni – Kompetizzjoni bbażata fuq kwalifiki u eżamijiet – Evalwazzjoni tal-kompetenzi tal-kandidati – Metodu ta’ selezzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Għażla – Limiti

(Regolamenti tal-Persunal, Anness III, Artikoli 1, 2 u 4)

(ara l-punti 90, 92, 94)

4. 

Uffiċjali – Kompetizzjoni – Kompetizzjoni bbażata fuq kwalifiki u eżamijiet – Kundizzjonijiet għall-ammissjoni – Iffissar mill-avviż ta’ kompetizzjoni – Evalwazzjoni, mill-Bord tal-Għażla, tal-esperjenza professjonali tal-kandidati – Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-informazzjoni pprovduta mill-kandidat fil-kandidatura tiegħu

(ara l-punti 105 sa 107)

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

MV huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3) 

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


( 1 ) ĠU C 443, 21.12.2020.