Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad‑29 ta’ Settembru 2021 –
Kočner vs EUROPOL
(Kawża T‑528/20)
“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Perizja mwettqa minn Europol għall-finijiet ta’ proċedura kriminali nazzjonali – Allegat żvelar mhux awtorizzat ta’ data – Regolament (UE) 2016/794 – Artikolu 50(1) – Dannu morali – Rabta kawżali”
|
1. |
Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rikors intiż għall-kumpens għad-danni allegatament ikkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni – Elementi li jippermettu li jiġu identifikati l-aġir li bih hija akkużata l-istituzzjoni, ir-rabta kawżali u n-natura reali u ċerta tad-dannu kkawżat (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d) u (f)) (ara l-punti 38, 49) |
|
2. |
Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors kollu kemm hu (Artikolu 340(2) TFUE) (ara l-punti 61, 91, 110, 111) |
|
3. |
Proċedura ġudizzjarja – Prova – Prova dokumentali – Valur probatorju – Evalwazzjoni mill-qorti tal-Unjoni – Kriterji (ara l-punti 79, 80) |
|
4. |
Atti tal-istituzzjonijiet – Preambolu – Valur legali vinkolanti – Assenza (ara l-punt 95) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba tal-ħlas ta’ danni li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba l-iżvelar ta’ data ta’ natura personali minn Europol u minħabba l-inklużjoni ta’ ismu minn Europol fuq il-“listi tal-mafja”.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Marián Kočner huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol). |
|
3) |
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu. |