Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) tas‑17 ta’ Mejju 2023 –
Stadtwerke Frankfurt am Main vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑322/20) ( 1 )

“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Suq Ġermaniż tal-elettriku – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern – Rikors għal annullament – Assenza ta’ locus standi – Assenza ta’ parteċipazzjoni attiva – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern – Rikors ta’ azzjonist tal-impriża kkonċernata mill-imsemmija deċiżjoni – Interess ġuridiku separat minn dak ta’ din l-impriża – Assenza – Inammissibbiltà

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 26 sa 37)

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2) 

Stadtwerke Frankfurt am Main Holding GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, minn E.ON SE u minn RWE AG.

3) 

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


( 1 ) ĠU C 247, 27.7.2020.