Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Lulju 2021 –
Rochefort vs Il-Parlament

(Kawża T-172/20)

“Dritt istituzzjonali – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru tas-somom imħallsa indebitament – Oneru tal-prova – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Żball ta’ liġi – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità”

1. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Parlament li tordna l-irkupru ta’ somma mħallsa indebitament abbażi tal-assistenza parlamentari

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296(2) TFUE)

(ara l-punti 21, 29 sa 33)

2. 

Il-Parlament Ewropew – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Stħarriġ fir-rigward tal-użu tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari – Oneru tal-prova

(Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament li timplimenta miżuri ta’ applikazzjoni għall-Istatut ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, Artikolu 33(1) u (2), u Artikolu 68)

(ara l-punti 39 sa 47, 59, 60, 96)

3. 

Il-Parlament Ewropew – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament – Obbligu li jinstemgħu il-Membri tal-Parlament Ewropew ikkonċernati qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni – Assenza – Obbligu ta’ smigħ tat-terzi fil-proċedura ta’ rkupru – Assenza

(Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament li timplimenta miżuri ta’ applikazzjoni għall-Istatut ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, Artikolu 68(2))

(ara l-punti 66 sa 68, 71)

4. 

Il-Parlament Ewropew – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament – Ammont li għandu jiġi rkuprat – Assenza ta’ marġni ta’ diskrezzjoni tal-Parlament – Invokazzjoni mill-Membru tal-Parlament Ewropew ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Ċaħda

(Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament li timplimenta miżuri ta’ applikazzjoni għall-Istatut ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, Artikolu 68(1))

(ara l-punti 76, 77)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 60 499.38 imħallsa indebitament abbażi tal-assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu korrispondenti tat-22 ta’ Jannar 2020.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar l-irkupru mingħand Robert Rochefort ta’ somma ta’ EUR 60 499.38 imħallsa indebitament abbażi tal-assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu korrispondenti tat-22 ta’ Jannar 2020 huma annullati sa fejn jirrigwardaw is-somom imħallsa għal April 2010, il-ġranet li ma jikkorrispondux mal-missjonijiet aċċettati mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament, u l-perijodu mid-29 sal-31 ta’ Marzu 2011.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

R. Rochefort u l-Parlament huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.