17.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – KS u KD vs Il-Kunsill et

(Kawża T-771/20) (1)

(“Rikors għad-danni - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Missjoni Eulex Kosovo - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”)

(2022/C 24/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KS, KD (rappreżentanti: F. Randolph, QC, u J. Stojsavljevic-Savic, solicitor)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro, P. Mahnič u K. Kouri, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Y. Marinova u J. Roberti di Sarsina, aġenti), Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt, S. Rodríguez Sánchez-Tabernero u E. Orgován, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu wara diversi atti u ommissjonijiet tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tas-SEAE fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU 2008, L 42, p. 92), u, b’mod partikolari, waqt l-investigazzjonijiet dwar l-għajbien u l-qtil ta’ membri tal-familja tar-rikorrenti, li seħħew fl-1999 fi Pristina (il-Kosovo), imwettqa matul din il-missjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud minħabba n-nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu.

2)

KS u KD għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk imġarrba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 62, 22.2.2021.