14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2021 – Airoldi Metalli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-744/20) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina - Att li jimponi dazju antidumping provviżorju - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà - Dazju antidumping definittiv - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 73/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Airoldi Metalli SpA (Molteno, l-Italja) (rappreżentanti: M. Campa, D. Rovetta, G. Pandey u V. Villante, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G Luengo u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1428 tat-12 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 2020, L 336, p. 8).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Airoldi Metalli SpA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Parlament Ewropew, Airoldi Metalli u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 53, 15.2.2021.