|
14.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/44 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2021 – Grupa Azoty et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-726/20) (1)
(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Linji gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2021 - Setturi eliġibbli - Esklużjoni tas-settur tal-manifattura ta’ fertilizzanti - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)
(2022/C 73/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Grupa Azoty S.A. (Tarnów, il-Polonja), Azomureș S.A. (Târgu Mureş, ir-Rumanija), Lipasmata Kavalas LTD Ypokatastima Allodapis (Palaio Fáliro, il-Greċja) (rappreżentanti: D. Haverbeke, L. Ruessmann u P. Sellar, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u G. Braga da Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2020 intitolata “Linji Gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2021” (ĠU 2020, C 317, p. 5).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Ma għadx hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA. |
|
3) |
Grupa Azoty S.A., Azomureș SA u Lipasmata Kavalas LTD Ypokatastima Allodapis għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
4) |
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż relatati mat-talba tagħha għal intervent. |