2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2021 – One Voice vs ECHA

(Kawża T-664/20) (1)

(“Rikors għal annullament - REACH - Sustanza salicylate ta’ 2-ethylhexyl - Użu esklużiv għall-manifattura ta’ prodotti kożmetiċi - Stħarriġ tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet - Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1097/2006 - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Artikolu 21(5) tar-Regolament (KE) Nru 771/2008 - Artikolu 59 tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà”)

(2021/C 310/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: One Voice (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Ghersi, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: W. Broere u L. Bolzonello, aġenti, assistiti minn S. Raes, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni A-010-2018 tal-Bord tal-Appell tal-ECHA tat-18 ta’ Awwissu 2020, dwar l-istħarriġ tal-konformità ta’ proċess ta’ reġistrazzjoni għas-salicylate ta’ 2-ethylhexyl.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

One Voice hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 9, 11.1.2021.