2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT9)

(Kawża T-558/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GT10 - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti GT - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) - Pubbliku relevanti - Livell ta’ attenzjoni - Rikors manifestament fondat”)

(2021/C 310/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u M. Maier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Huawei Technologies Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2020 (Każ R 2554/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sony Interactive Entertainment Europe u Huawei Technologies.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Lulju 2020 (Każ R 2554/2019-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Sony Interactive Entertainment Europe Ltd.


(1)  ĠU C 371, 3.11.2020.