26.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Birkenstock Sales vs EUIPO (Pożizzjoni ta’ linji mmewġin li jaqsmu lil xulxin fuq il-pett taż-żarbun)

(Kawża T-365/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti f’linji mmewġin li jaqsmu lil xulxin fuq il-pett taż-żarbun - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Rikors manifestament nieqes minn kull bażi fil-liġi”)

(2021/C 297/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Birkenstock Sales GmbH (Linz sur le Rhin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Menebröcker u K. Middelhoff, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Marzu 2020 (Każ R 1706/2019-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jikkonsisti f’linji mmewġin li jaqsmu lil xulxin fuq il-pett taż-żarbun bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Birkenstock Sales GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.