18.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/51 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2020 – González Calvet vs SRB
(Kawża T-257/20) (1)
(“Rikors għal annullament - Politika ekonomika u monetarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) - Deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ kumpens finanzjarju lill-azzjonisti u kredituri kkonċernati - Ksur tar-rekwiżiti formali - Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà manifesta”)
(2021/C 19/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ramón González Calvet (Barcelona, Spanja) u Joan González Calvet (Barcelona) (rappreżentant: P. Molina Bosch, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: S. Branca, J. King, L. Forestier u E. Muratori, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, F. Louis, V. Del Pozo Espinosa De Los Monteros u L. Hesse, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni SRB/EES/2020/52 tal-SRB tas-17 ta’ Marzu 2020, intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk għandux jingħata kumpens lill-azzjonisti u kredituri kkonċernati mill-miżura ta’ riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español, SA.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar l-intervent tar-Renju ta’ Spanja. |
3) |
Ramón González Calvet u Joan González Calvet għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM), bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talba ta’ intervent tar-Renju ta’ Spanja. |
4) |
Ramón González Calvet, is-SRB u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom relatati mat-talba ta’ intervent tar-Renju ta’ Spanja. |