19.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2021 – PNB Banka vs BĊE

(Kawża T-230/20 R)

(“Talba għal miżuri provviżorji - Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Missjonijiet speċifiċi ta’ sorveljanza fdati lill-BĊE - Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 138/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: PNB Banka AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. Bonnard, V. Hümpfner u C. Hernández Saseta, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: K. Pommere, V. Soņeca u E. Bārdiņš, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-BĊE tas-17 ta’ Frar 2020 li tirtira l-awtorizzazzjoni tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.