2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2021 – Shindler et vs Il-Kunsill

(Kawża T-198/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom - Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ - Ċittadini tar-Renju Unit - Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Att mhux regolatorju - Inammissibbiltà”)

(2021/C 310/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Harry Shindler (Porto d’Ascoli, l-Italja) u d-9 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, R. Meyer u J. Ciantar, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, totali jew parzjali, minn naħa, tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 2020, L 29, p. 7) u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 2020, L 29, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ British in Europe.

3)

Harry Shindler u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati, minbarra għall-ispejjeż tagħhom, għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

4)

H. Shindler u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness, il-Kunsill, il-Kummissjoni u British in Europe għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.