25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2020 – Comune di Stintino vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-174/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-istrument finanzjarju għall-ambjent (LIFE+) - Nota ta’ debitu - Att li jaqa’ f’kuntest purament kuntrattwali li huwa inseparabbli minnu - Att preparatorju - Inammissibbiltà”)

(2021/C 28/80)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Comune di Stintino (l-Italja) (rappreżentant: G. Machiavelli, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: N. De Dominicis, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-allegata deċiżjoni li tinsab fl-ittra Ares(2020) 734033 tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2020 dwar it-tnaqqis tas-sussidju mogħti lir-rikorrent bħala parti mill-proġett LIFE10 NAT/IT/244 kif ukoll dwar l-irkupru tal-ammont diġà mħallas b’eċċess, tan-nota ta’ debitu Nru 3242002652 tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Frar 2020, li permezz tagħha din tal-aħħar talbet lir-rikorrent iħallasha l-ammont ta’ EUR 447 078,63, tal-allegata deċiżjoni li tinsab fl-ittra Ares(2019) 6551262 tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-parti tal-ispejjeż li ma humiex eliġibbli u ta’ kwalunkwe att ieħor jew ta’ kwalunkwe miżura oħra minn qabel, konsekuttivi jew, fi kwalunkwe każ, marbuta.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Il-Comune di Stintino huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 175, 25.5.2020.