10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/53


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2021 – 3M Belgium vs ECHA

(Kawża T-160/20) (1)

(“Rikors għal annullament - REACH - Identifikazzjoni tal-aċidu perfluwobutanesulfoniku (PFBS) u tal-imluħ tiegħu bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna - Inklużjoni ta’ lista ta’ sustanzi identifikati bil-għan ta’ inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Artikolu 59(10) tar-Regolament Nru 1907/2006 - Artikolu 59 tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà”)

(2021/C 182/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 3M Belgium (Diegem, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-P. Montfort u T. Delille, avukati)

Konvenut(a)(i): Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u T. Zbihlej, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ED/71/2019 tal-ECHA tas-16 ta’ Jannar 2020 dwar l-inklużjoni tal-aċidu perfluworobutanesulfoniku u tal-imluħ tiegħu fil-lista ta’ sustanzi identifikati bil-ħsieb li eventwalment jiġu inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 136, p. 3, fil-ĠU 2008, L 141, p. 22, u fil-ĠU 2009, L 36, p. 84).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar l-intervent tal-Kunsill Ewropew tal-Industrija Kimika (CEFIC).

3)

3M Belgium hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

4)

3M Belgium, l-ECHA u ċ-CEFIC għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.