3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2021 – NEC OncoImmunity vs EASME

(Kawża T-132/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ‘Orizzont 2020’ (2014-2020) - Ftehim ta’ sussidju - Ittra ta’ xoljiment - Att li jifforma parti minn kuntest kuntrattwali u li ma jistax jiġi sseparat minn dan il-kuntest - Inammissibbiltà - Regolament (UE) Nru 1290/2013 - Telf tal-istatus ta’ SME”)

(2021/C 163/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NEC OncoImmunity AS (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti): T. Nordby, R. Bråthen u O. Brouwer, avukati

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (rappreżentanti: G. Niddam u A. Galea, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-ksib tal-annullament tal-allegata deċiżjoni li tinstab fl-ittra tal-EASME Nru Ares (2019) 7905893, tat-23 ta’ Diċembru 2019, dwar ix-xoljiment tal-ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni “Orizzont 2020” (2014-2020), u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat ksur tat-termini tal-imsemmi ftehim.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

NEC OncoImmunity AS hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.