20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – AI vs ECDC

(Kawża T-79/20) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz pubbliku - Persunal tal-ECDC - Fastidju psikoloġiku - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Preġudizzju għall-onorabbiltà - Talba għal assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Ċaħda tat-talba - Dritt għal smigħ - Assenza ta’ bidu ta’ prova - Dmir ta’ premura - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

(2021/C 382/36)

Lingwa tal-kawża: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrent: AI (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (rappreżentanti: A. Iber u J. Mannheim, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ECDC tal-5 ta’ April 2019 li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrent fl-10 ta’ April 2018 u, sa fejn neċessarju, tad-deċiżjoni tal-ECDC tal-4 ta’ Novembru 2019 li tiċħad l-ilment dirett kontra d-deċiżjoni tal-5 ta’ April 2019 u, min-naħa l-oħra, għad-danni subiti minnu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

AI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 20.4.2020.