18.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/49 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2020 – Buxadé Villalba et vs Il-Parlament
(Kawża T-32/20) (1)
(“Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament - Rikonoxximent mill-Parlament tal-elezzjoni bħala deputati Ewropej ta’ żewġ rappreżentanti eletti Spanjoli - Locus standi ta’ tliet deputati Ewropej oħra - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Talba intiża li tikseb sentenza dikjaratorja - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment ippreżentat quddiem qorti manifestament mingħajr ġurisdizzjoni sabiex tismagħha”)
(2021/C 19/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Jorge Buxadé Villalba (Madrid, Spanja) María Esperanza Araceli Aguilar Pinar (Madrid), Hermann Tertsch Del Valle-Lersundi (Madrid) (rappreżentant: M. Castro Fuertes, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz u C. Burgos, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-rikonoxximent mill-Parlament tal-elezzjoni bħala deputati Ewropej ta’ Carles Puigdemont i Casamajó u Antoni Comín i Oliveres, imħabbra mill-President tal-Parlament f’seduta plenarja tat-13 ta’ Jannar 2020.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud parzjalment bħala inammissibbli u parzjalment bħala ippreżentat quddiem qorti manifestament mingħajr ġurisdizzjoni sabiex tismagħha. |
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Renju ta’ Spanja u ta’ Carles Puigdemont i Casamajó u Antoni Comín i Oliveres. |
3) |
Jorge Buxadé Villalba, Hermann Tertsch Del Valle-Lersundi u María Esperanza Araceli Aguilar Pinar għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew. |
4) |
Ir-Renju ta’ Spanja, C. Puigdemont i Casamajó u A. Comín i Oliveres għandhom ibatu l-ispejjeż relatati mat-talbiet rispettivi tagħhom għal intervent. |