10.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – Monster Energy vs EUIPO – Frito-Lay Trading Company (MONSTER u MONSTER ENERGY)

(Kawżi magħquda T-758/20 u T-759/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali MONSTER u MONSTER ENERGY - Użu ġenwin tat-trade marks - Użu għall-prodotti li għalihom ġew irreġistrati t-trade marks - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2022/C 11/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Monster Energy Co. (Corona, Californie, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Ruzek u E. Śliwińska, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Frito-Lay Trading Company GmbH (Bern, l-Isvizzera) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2020 (Każijiet R 2927/2019-2 u R 2928/2019-2), dwar żewġ proċedimenti ta’ revoka bejn Frito-Lay Trading Company u Monster Energy.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Monster Energy Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 53, 15.2.2021.