16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2022 – OT vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża T-757/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sanzjoni dixxiplinari - Ċanfira - Artikolu 21a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Żball ta’ evalwazzjoni”)

(2022/C 198/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OT (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u S. Rodrigues, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Lázaro Betancor u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tad-19 ta’ Diċembru 2019 li timponi ċanfira fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament tad-19 ta’ Diċembru 2019 li timponi ċanfira fuq OT, hija annullata.

2)

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 62, 22.2.2021.