25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Cristescu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-754/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sistema dixxiplinari - Atti li jmorru kontra d-dinjità tal-kariga - Analiżi preliminari - Investigazzjoni amministrattiva - Mandat fdat lill-IDOC - Protezzjoni tad-data personali - Prinċipju ta’ imparzjalità - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Proċedura dixxiplinari - Drittijiet tad-difiża - Sanzjoni dixxiplinari ta’ ċanfira - Irregolarità proċedurali - Terminu raġonevoli - Ċirkustanzi attenwanti”)

(2022/C 284/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Adrian Sorin Cristescu (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Frar 2020 li permezz tagħha hija imponiet fuqu sanzjoni dixxiplinari ta’ ċanfira b’applikazzjoni tal-Artikolu 9(1)(b) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Frar 2020 li timponi ċanfira fuq Adrian Sorin Cristescu hija annullata.

2)

Kull parti hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 62, 22.2.2021.