20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Green Power Technologies vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-753/20) (1)

(Kontrotalba - Is-Seba’ Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) - Kuntratt ta’ sussidju - Spejjeż eliġibbli - Rapport tal-OLAF li kkonstata natura mhux eliġibbli ta’ ċerti spejjeż sostnuti - Rimbors tas-somom imħallsa - Oneru tal-prova - Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Arrikkiment indebitu - Rikors għal annullament - Rapport tal-OLAF - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)

(2023/C 63/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Green Power Technologies, SL (Bollullos de la Mitación, Spanja) (rappreżentanti: A. León González u A. Martínez Solís, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Araujo Arce u J. Estrada de Solà, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: L. Aguilera Ruiz u Á. Ballesteros Panizo, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tar-rapport tal-Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda kontra l-Frodi (OLAF) tad-9 ta’ Lulju 2018 bir-referenza B.4(2017)4393 u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, li jiġi kkonstatat, l-ewwel, li l-ammonti mħallsa mill-Kummissjoni Ewropea b’eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ sussidju Nru 2567509, konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013), sabiex jiġu ffinanzjati diversi proġetti korrispondenti, fosthom, b’mod partikolari, il-proġett Powair, dwar l-iżvilupp ta’ “batteriji Zinc-flux ta’ arja għan-network ta’ distribuzzjoni ta’ enerġija elettrika” u li l-irkupru tagħhom qiegħed jintalab permezz tal-ħruġ tan-nota ta’ debitu Nru 3242010798 kienu jikkorrispondu għal spejjeż eliġibbli u, it-tieni, li l-ammonti mitluba mill-Kummissjoni permezz tal-ħruġ tan-nota ta’ debitu Nru 3242010800, dwar il-penalitajiet kuntrattwali, ma kinux rimborsabbli.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Green Power Technologies, SL hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 53, 15.2.2021.