6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Grünig vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-746/20) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw miċ-Ċina - Dazji antidumping definittivi - Eżenzjoni ta’ importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ użu finali - Rikors għal annullament - Natura diviżibbli - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inċidenza diretta - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036 - Dazju impost b’mod nondiskriminatorju - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2023/C 83/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Grünig KG (Bad Kissingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: Y. Melin u I. Fressynet, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck, G. Luengo u M. Gustafsson, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336 tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2020, L 315, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grünig KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 53, 15.2.2021.