1.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Gunju 2022 – Deutschtec GmbH vs EUIPO – Group A (HOLUX)

(Kawża T-738/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti tal-oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HOLUX - Reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti tat-trade mark verbali HOLUX - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(a)u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 294/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutschtec GmbH (Petershagen/Eggersdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Arnade, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Group A NV (Hasselt, il-Belgju)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Ottubru 2020 (Każ R 223/2020-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutschtec GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 53, 15.2.2021.