14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – OI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-705/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Kompetizzjoni interna COM/03/AD/18 (AD 6) - Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Sigriet tax-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla - Assenza ta’ komunikazzjoni tal-marki intermedjarji u l-kunsiderazzjoni tal-elementi li jifformaw eżami previsti fl-avviż tal-kompetizzjoni)

(2022/C 73/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OI (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Milanowska u T. Lilamand, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni interna COM/03/AD/18 (AD 6) – Amministraturi, tal-25 ta’ Marzu 2020, li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid tar-rikorrent intiża għad-deċiżjoni ta’ dan il-Bord tal-Għażla tas-16 ta’ Diċembru 2019 li ismu ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni interna COM/03/AD/18 (AD 6) – Amministraturi, tal-25 ta’ Marzu 2020, li OI ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi ta’ Grad AD 6 fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u tal-politika ta’ viċinat hija annuullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 28, 25.1.2021.