25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Pluscard Service vs EUIPO (PLUSCARD)

(Kawża T-669/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva PLUSCARD - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 171/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pluscard Service-Gesellschaft für Kreditkarten-Processing mbH (Sarrebruck, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Dury, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2020 (Każ R 638/2020-4), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva PLUSCARD.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pluscard Service-Gesellschaft für Kreditkarten-Processing mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 28, 25.1.2021.