16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2022 – NY vs eu-LISA

(Kawża T-661/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Persunal tal-eu-LISA - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Ċanfira - Dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw l-investigazzjonijiet amministrattivi - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal - Assenza ta’ konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal - Drittijiet tad-difiża u dritt għal smigħ - Artikoli 12, 12a, 17 u 19 tar-Regolamenti tal-Persunal - Żball ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà - Dannu morali”)

(2022/C 198/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: NY (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) (rappreżentanti: M. Chiodi, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tat-3 ta’ Frar 2020 tal-eu-LISA li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ ċanfira u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu morali li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

NV huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 19, 18.1.2021.