11.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2023 – Austrian Power Grid et vs ACER

(Kawża T-607/20) (1)

(“Enerġija - Suq intern tal-elettriku - Qafas ta’ implimentazzjoni tal-pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b’attivazzjoni manwali - Proċedura ta’ adozzjoni tal-modalitajiet, tal-kundizzjonijiet tal-metodoloġiji - Ċaħda tal-proposta komuni tal-operaturi tas-sistema - Kompetenza tal-ACER - Żball ta’ liġi - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2023/C 127/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Austrian Power Grid AG (Vjenna, l-Awstrija), u s-seba’ rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: M. Levitt, avukat, B. Byrne u D. Jubrail, solicitors)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (rappreżentanti: E. Ameye, avukata, A. Tellidou u E. Tremmel, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikorsi tagħhom ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) tas-16 ta’ Lulju 2020 li tikkonferma d-Deċiżjoni 03/2020 tal-ACER tal-24 ta’ Jannar 2020 dwar il-qafas ta’ implimentazzjoni tal-pjattaforma Ewropea għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar mir-riżervi għar-restawr tal-frekwenza b’attivazzjoni manwali (iktar ’il quddiem il-“pjattaforma mFRR”) u li tiċħad ir-rikorsi tagħhom fil-Każ A-002-2020 (ikkonsolidat), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċernahom, kif ukoll l-annullament tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 03/2020 kif ukoll tal-Artikolu 3(3) u (5)(b), tal-Artikolu 4(6), tal-Artikolu 6, tal-Artikolu 11(1)(c) u (2)(c), u tal-Artikolu 12 tal-qafas ta’ implimentazzjoni tal-pjattaforma mFRR, kif jinsabu fl-Anness i tad-Deċiżjoni 03/2020

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Austrian Power Grid AG u s-seba’ rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 414, 30.11.2020.