31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – Polwax vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-585/20) (1)

(Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq upstream tax-xama’ slack - Suq downstream tax-xama’ tal-paraffina - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE - Assenza ta’ impenn dwar il-provvista tax-xama’ slack - Effetti vertikali - Esklużjoni mis-suq tal-input)

(2023/C 271/33)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Polwax S.A. (Jasło, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Nessmann u G. Duda, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, G. Meessen u J. Szczodrowski, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Polski Koncern Naftowy Orlen S.A. (Płock, il-Polonja) (rappreżentant: M. Mataczyński, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, Polwax S.A., titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2020 (Każ M.9014), adottata abbażi tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40), li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea ddikjarat kompatibbli mas-suq intern u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), konċentrazzjoni bejn Polski Koncern Naftowy Orlen S.A. (iktar ’il quddiem “Orlen”) u Grupa Lotos S.A., bla ħsara għall-osservanza ta’ ċerti impenji minn Orlen.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Polwax S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 23.11.2020.