25.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – Cara Therapeutics vs EUIPO – Gebro Holding (KORSUVA)

(Kawża T-584/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KORSUVA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti AROSUVA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 431/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Cara Therapeutics, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Day, solicitor, u T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gebro Holding GmbH (Fieberbrunn, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Konzett, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Lulju 2020 (Każ R 2450/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gebro Holding u Cara Therapeutics.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cara Therapeutic, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 390, 16.11.2020.