16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Genekam Biotechnology vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-579/20) (1)

(“Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Proġett Fibrogelnet - Irkupru ta’ dejn - Mekkaniżmu ta’ kopertura tar-riskji - Dejn effettivament irkuprat fil-fond ta’ garanzija - Deċiżjoni li tistabbilixxi obbligu pekunarju li jikkostitwixxi titolu eżekuttiv - Artikolu 299 TFUE - Kompetenza tal-awtur tal-att - Waqfien tal-parteċipazzjoni tar-rikorrent fil-proġett - Spejjeż eliġibbli - Rapporti u riżultati”)

(2022/C 198/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Genekam Biotechnology AG (Duisbourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Hertwig, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. André, J. Estrada de Solà u R. Pethke, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2020) 5548 final tas-7 ta’ Awwissu 2020 li tistabbilixxi obbligu pekunjarju li jikkostitwixxi titolu eżekuttiv fir-rigward tar-rikorrenti u li tirrigwarda s-somma ta’ EUR 119 659,55, miżjuda bl-interessi moratorji, li ġejjin mis-sussidju li hija rċeviet abbażi tal-proġett Fibrogelnet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Genekam Biotechnology AG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 414, 30.11.2020.